Żewġ ġurnalisti biss ġew mistiedna miIl-Kumitat dwar l-inkjesta tal-Panama...

Daphne Caruana Galizia u Ivan Camilleri se jkunu l-uniku ġurnalisti li ġew mistiedna jattendu għall-inkjesti magħmulin mill-Kumitat PANA

Il-Kumitat dwar l-inkjesta tal-Panama Papers li ġie mwaqqaf mill-Parlament Ewropew, se jkunu qed jintlaqa' f'Malta fi Frar li ġej.

Il-gazzetta l-orizzont irrappurtat kif dan il-kumitat ta' inkjesta, imsejjaħ PANA se jkun qed jiġi Malta għall-ewwel darba fl-20 ta' Frar li ġej, u li għal din il-laqgħa, ġew mistiednal-ġurnalist tat-Times of Malta, Ivan Camilleri kif ukoll il-blogger Daphne Caruana Galizia, li min-naħa tagħhom, qed jingħad li aċċettaw mill-ewwel. L-istess rapport jiżvela kif għal dawn l-inkjesti, ebda ġurnalist ieħor, mill-gazzetti l-oħrajn kollha ma ġie mistieden jattendi biex jirrapporta dwar l-inkjesti.

Il-kumitat mistenni jitlaqqa' sabiex ikun jista' jiġbor informazzjoni dwar dak li nħareġ mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi (ICIJ) fil-Panama Papers, iktar kmieni din is-sena.

L-istess kumitat, diġà għandu laqgħa skedata għas-6 ta' Marzu li ġej sabiex jiddiskuti l-involviment tal-istati membri.

More in Politika