L-ambaxxatur Russu għat-Turkija jinqatel b'tiri t'arma tan-nar

Andrei Karlov, l-ambaxxatur Russu għat-Turkija, tilef ħajtu wara li qala' tiri t'arma tan-nar waqt wirja fotografika f'Ankara

Andrei Karlov, l-ambaxxatur Russu f'Ankara, fit-Turkija, tilef ħajtu wara li kien indarab gravi b'tiri t'arma tan-nar waqt li kien qiegħed iżur wirja fotografika bit-tema "Ir-Russja kif jarawha t-Torok", fil-kapitali Torka.

Jidher li Karlov inlaqat minn wara b'tiri ta' arma tan-nar waqt li kien qiegħed jagħmel diskors waqt il-wirja.

Numru ta' nies oħra ndarbu f'dan l-attakk, li seħħ ġurnata biss wara l-protesti fit-Turkija, dwar l-involviment tar-Russja fis-Sirja.

L-Ambaxxatur Karlov, ittieħed l-isptar għall-kura, iżda tilef ħajtu aktar tard b'kawża tal-ġrieħi gravi si ġarrab.

More in Politika