"Kieku kien għall-Gvern Nazzjonalista, din il-ġimgħa kienu jgħollu l-kontijiet, ibbażati fuq iż-żieda tal-prezz taż-żejt li ddeċidew il-pajjiżi produtturi taż-żejt waqt il-laqgħa tal-OPEC. Dan għaliex bid-differenza ta' dan il-Gvern, l-amministrazzjoni preċedenti, kienet tibbaża l-prezz għall-Malta ibbażat fuq x'jiddeċiedu l-OPEC, iżda dan il-Gvern qed jimplementa politika ta’ stabbiltà fej il-prezzijiet ma’ jogħlewx skont x’jiddeċiedu l-opec u għaldaqstant il-prezz jibqa' stabbli u hekk kif il-kontijiet kienu irħas, se jibqgħu irħas."
Dan kien parti mid-diskors li għamel il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat , waqt attività politika fiċ-ċentru Laburista tax-Xagħra, Għawdex. Huwa beda l-indirizz tiegħu billi kompla fuq l-introduzzjoni li fetaħ l-attività biha il-Ministru Chris Fearne, li ffokak fuq il-qasam tas-saħħa f’Għawdex.
Muscat, bħal Fearne qablu tkellmu fuq is-sitwazzjoni li kien jinsab fiha l-isptar t’Għawdex, li kien “tat-tielet klassi” fi żmien l-amministrazzjoni precedent.
L-isptar f’Għawdex ġie deskritt bħala post fejn lanqas madum suret in-nies ma’ kellhu, aħseb u ara faċilità biex l-Għawdxin jinqdew kif inhu xieraq, flok ikollhon jinżlu Malta.
Muscat spjega kif issa l-isptar t’Għawdex se jkun wieħed tal-ewwel klassi, fejn l-Għawdxin jibdew jieħdu kura tal-aqwa kwalità u bil-kontra ta’ kif kienu beżżaw in-Nazzjonalisti… se jibqa b’xejn.
Dwar l-Università medika ta’ Barts, Muscat ħabbar li s’issa, skont id-dekan tal-università stess, 1090 student diġà applikaw biex jidħlu fl-università f’Għawdex.
Muscat saħaq li s-servizz tal-isptar f’Għawdex se jkun mhux daqs, imma aħjar ta’ dak ta’ Mater Dei, hekk kif jistħoqqilhom l-Għawdxin. Dan, skont Muscat, b’kuntrast mal-viżjoni u attentati ta’ tfixkil li qed jagħmel il-Partit Nazzjonlaista.
“Gvern ta’ bidla, u Oppożizjoni tal-istatus Quo…” huwa l-mod kif Muscat iddeskriva s-sitwazzjoni Malta bejn il-Gvern u l-Oppożizjoni, anke fir-rigward tal-Enemalta, il-Power station il-ġdida u anke l-isptarijiet. Filwaqt li l-PN ma jieqafx ikun negattiv, ixewwex u jbeżża l-poplu, il-Gvern qed jaħdem għall-bidla.
“Issa li l-PN ma jistax jibqa’ jbeżża’ dwar il-proġetti, ma’ fadlilhomx x’jagħmlu aktar ħlief li jagħmlu akkużi ta’ korruzjoni fuq il-proġetti kollha li qed iwettaq dan il-Gvern,” qal Muscat hekk kif sostna li kull kuntratt jista’ jiġi diskuss mingħajr biża’ ta’ xejn għax dwarhom m’hemm xejn x’taħbi, iżda biss fuq xhiex tkun kburi.
“Permezz tal-proġetti tal-Isptar u l-Università medika ta' Barts f’Għawdex,” qal Muscat, “il-possibiltajiet għax-xogħol f’Għawdex se jkunu assigurati mhux għal ftit snin, iżda għall-ħamsin sena li jmiss.”