L-iskema tal-GWU hija 'skandaluża' għax tiddiskrimina bejn il-ħaddiema

Il-PN jammetti iżda li l-fatt li l-ħaddiema f'din l-iskema, 600 b'kollox, issa qed jaqilgħu paga minima, leave u anke leave tal-mard

Il-PN jikkritika l-iskema tal-GWU
Il-PN jikkritika l-iskema tal-GWU

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ftit tal-ħin ilu l-Partit Nazzjonalista akkuża lill-General Workers Union li b’azzjonitha qed toħloq forma ta’ prekarjat ġdid. Carm Mifsud Bonnici sostna li dan qed isir hekk kif l-istess ħaddiema illi huma parti minn skema li tħaddimhom b’paga ta’ €980, qabel it-taxxa, kienet tfisser li ħaddiema qed jaqilgħu paga inqas minn dik ta’ ħaddiema oħrajn.

Filwaqt li faħħar aspetti tal-iskema, li tinkludi paga minima, bonuses u anke sick leave, saħaq illi xorta huwa skandaluż li l-iskema se toħloq żewġ klassijiet tga’ ħaddiema, li jaqilgħu pagi differenti għall-istess xogħol. Huwa qal illi b’din l-iskema il-GWU “ikun jaqblilha illi tħarreġ nies hi biex b’hekk taqla’ l-commissions mingħand kull persuna li taħdem fl-iskema.”


 

More in Politika