Martin Schulz mhux se jerġa' jikkandida ruħu

Il-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz ħabbar li mhux se jerġa jikkandida ruħu għal-kariga.

Il-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz ħabbar li wara xhur ta’ spekulazzjoni minn naħa tal-media dwar il-futur tiegħu, huwa kkonferma li mhux se jikkandida ruħu għat-tielet terminu bħala President tal-Parlament Ewropew. Is-sena d-dieħla, Schulz se jikkandida ruħu fl-elezzjoni Ġermaniża bħala mexxej tal-Partit Soċjal Demokratiku.

Fl-istqarrija li ħareġ, Schulz spjega li li din ma kienitx deċiżjoni faċli u li huwa grat ħafna tal-unur li kellhu li jservi bħala President tal-Parlament Ewropew.

Huwa saħaq li fil-futur xorta se jibqa’ involut fil-proġett Ewropew. “L-integrazzjoni Ewropeja huwa proġett ta’ suċċess kbir,” qal Schultz, hekk kif wiegħed li se jibqa’ jaħdem għal dawn il-valuri fuq livell nazzjonali issa, sabiex itejjeb il-kwalità tal-ħajja hekk kif jaħdem biex titnaqqsu d-differenzi bejn is-soċjetajiet.

More in Politika