De La Rue: minflok se tkeċċi l-ħaddiema, se timpjega iktar

Investiment ta' €33 miljun se jkun qed iżid l-operat tal-kumpanija f'Malta li sa ftit ilu kien se jitnaqqas

Wara li f'Jannar li għadda, il-kumpanija De la Rue kienet ħabbret li kienet se tkeċċi mat-300 ħaddiem minn mal-operat tagħha, illum tħabbar kif dan mhux se jkun qed isir. Mhux talli hekk, imma l-kumpanija se tkun qed timpjega iktar nies magħha.

Dan tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona u uffiċjali tal-kumpanija De la Rue, f'konferenza tal-aħbarijiet f'Kastilja.

Tħabbar ukoll li l-kumpanija li fost l-oħrajn tistampa l-flus, se tkun qed iżżomm il-fabbrika tal-istampar f'Malta waqt li se tkun qed twaqqaf ċentru tal-eċċellenza hawn Malta, b'investiment ta' €33 miljun.

Fil-preżent, il-kumpanija tħaddem 440 persuna, u minflok tkeċċi l-ħaddiema kif kien il-pjan oriġinali, se tkun qed iżżid l-impjegati fl-operat tagħha għal 500.

"B'dan l-investiment, pajjiżna se jkollu dan il-grupp ta' fabbriki f'dan is-settur," qal il-Prim Ministru meta kien qed jirreferi għall-investiment ta' $100 miljun mill-kumpanija Crane Currency.

More in Politika