Il-Ministeru għat-Turiżmu għmel referenza għal dak li deher ilbieraħ fuq is-Sunday Times of Malta dwar investiment potenzjali fl-Air Malta minn investitur indikat bħala imprenditur Eġizzjan Edward Banayoti.
Il-Ministeru jikkonferma li, għalkemm kienu saru xi laqgħat preliminari mill-Gvern ma’ din il-persuna, m’hemm l-ebda taħdidiet għaddejjin fil-preżent ma’ din il-persuna jew ma’ xi kumpanija li huwa tagħha s-sid jew, fejn hu għandu interess b’konessjoni mal-Air Malta.
Il-Ħadd, ġie rraportat li l-kumpanija Kanadiża, bbażata fir-Renju Unit, Banayoti Holdings, kienet f’taħdidiet mal-Air Malta dwar l-akkwist ta’ 49.9% tal-kumpanija tal-ajru nazzjonali. Banayoti Holdings, hija mmexxija minn Ed Banayoti, l-eks raġel tal-Prinċipess Aisha tal-Jordan
Skont ir-rapportli deher fuq il-gazzetta, Banayoti Holdings ikkomfermaw li gġaddej ftehim u li l-kumpanija għamlet talba formali lill-Gvern u li qed jistennew risposta.