'Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin'

Il-Gvern jiċħad rapporti fil-media li d-diskussjonijiet mal-Etihad waqfu

Il-Gvern ċaħad li t-taħdidiet dwar l-Air Malta kienu waqfu, anzi għall-kuntrarju saħaq li dawn għadhom għaddejjin.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li nnota r-rapporti ppubblikati fil-media llum li jitrattaw il-futur tal-Air Malta ma jikkwotawx sorsi uffiċjali. "Għall-kuntrarju ta' dan, huwa kkonfermat li t-taħdidiet għadhom għaddejjin."

L-istqarrija temmet tgħid li l-Gvern se jibqa' jindirizza l-kwistjonijiet tal-Air Malta li tħallew pendenti għal snin sħaħ.

More in Politika