‘In-nies qed iħossu li ġew abbandunati mill-Gvern ta’ Muscat...’

Dan kliem Simon Busuttil fir-rigward tal-aġir ta’ Joseph Muscat lejn il-poplu li tellaw fil-Gvern

“Meta tgħasar dak li jkun qed jgħid u jaghmel il-Gvern, ma tantx jibqa’ f’idek. Filwaqt li l-PL tajjeb fil-probaganda, iżda mhux fis-sustanza”. Dawn kienu l-kliem li l-kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil beda bihom fil-kollegament li għamel illum fuq Radio 101.

Minkejja li l-Gvern sejjaħ dan Budget soċjali, dan ma kienx minnhu għax in-nies xorta għadhom ibatu l-faqar u ma jlaħħqux mal-ħajja.

Busuttil semma stħarriġ ekonomiku li fih hemm informazzjoni dwar il-paga tal-ħaddiema li turi li ż-żieda li ħadu l-Maltin, mhux ilaħħqu mal-għoli mal-ħajja. Busuttil spjega li bejn iż-żieda li ta’ l-Gvern u l-għoli tal-ħajja, il-paga tal-ħaddiem tiġi marret lura.

Busuttil semma madwar 70,000 ħaddiem f’diversi kategoriji ta’ xogħol ta’ Malta li l-paga tagħhom marret lura flok il-quddiem. Dwar dan, qal Busuttil, l-unika reazzjoni ta’ Joseph muscat kienet li wara l-baġit, stembaħ li għandu jirrevedi l-paga minima.

“Il-pagi taħt Joseph Muscat marru lura”, qal Busuttil u huwa għalekk li l-Partit Nazzjonalista jaqbel mal-proposta li saret il-ġimgħa li għaddiet minn 16-il għaqda dwar żieda fil-paga minima.

“Wara sitt snin jitkellem fuq il-pagi, dan il-Prim ministru tal-‘bluff’għadu ma qal xejn,” sostna Busuttil

Ma jistax ikollna pajjiż li l-ekonomija tmur tajjeb u n-nies ikunu sejrin ħażin, qal Busuttil hekk kif spejga li l-politika tal-Partit Nazzjonalista se tkun dwar ekonomija tajba għall-poplu.

Dwar id-dimostrazzjoni li saret ilbieraħ f’tas-Sliema, Busuttil qal li n-nies qed iħossu li ġew abbandunati mill-Gvern, fejn in-nies spiċċaw jgħixu f’sit ta’ kostruzzjoni wara li l-Gvern ta’ Muscat abbandunahom.

“Il-Gvern għandui klikka ta’ nies li jtihom li jridu, iżda rema lill-dawn il-ħafna nies li tliet snin ilu uża biex jiġbot il-voti...” qal il-kap Nazzjonalista, li spjega dan aktar fid-dettal b’eżempji li ġab bil-Master Plan ta’ Paceville, fejn il-konsulenti u n-nies involuti fil-pjan ta’ Paceville kollha għanhom konflitt ċar ta’ interessi, filwaqt li residenti u negozji żgħar fiż-żona se jispiċċaw jitilfu r-residenza u n-negozji tagħhom.

Dwar dan, Simon Busuttil talab ukoll li s-Segreatrju Parlamentari Deborah Schembri terfa’ r-responsabbiltà politika tagħha.

Busuttil temm jgħid li huwa jrid li fl-elezzjoni li jmiss il-poplu jkollu alternattiva ta’ Gvern għal dak ta’ Muscat, fil-forma ta’ Partit Nazzjonalista ġdid immexxi minnu

More in Politika