“Il-kap tal-oppożizzjoni se jibqa’ magħruf għan-negattivita u għax jispara allegazjonijiet mingħajr ma jaħsibha...”
Dan qalu Il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt intervent qasir li għamel dalgħodu fuq ONE Radio b’reazzjoni għal-kummnet ta’ Simon Busuttil li għadu jsostni li l-Power Station il-ġdida mhemmx bżonna.
Muscat spjega kif mingħajr il-power station il-ġdida, saħansitra jkun hawn perjodu twal f’Malta, ta’ madwar 700 siegħa fis-sena fejn ma jkunx hawn dawl, iżda għal Busuttil, dawn il-kalkoli ma jgħoddux.
L-istess jgħodd għaż-żieda fil-minimum wage, spjega Muscat, li qal li filwaqt li l-PL beda bi pjanijiet għal żieda fil-minimum wage minn żmien ilu, waqt li l-PN ma qal xejn, fil-mumnet li 16-il għaqda ħarġu bil-proposti tagħhom, għal darb’oħra Busuttil, mingħajt riċerku u ħsieb ħareġ bl-istqarrija li qed jaqbel mal-proposti...