Waqt id-diskors tagħha fil-Parlament dwar l-estimi tal-baġit għall-Ministeru tal-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u t-tibdil fil-Klima, id-deputata Marlene Farrugia qalet li l-Gvern Laburista kien wiegħed li se jkun qed jieħu ħsieb l-ambjent, iżda minflok, qed jibdel il-pajjiż. Farrugia saħqet li, "mhix irġulija li twiegħed li se tħares l-ambjent, imbagħad ikollok id-dubajifikazzjoni ta' Malta."
Fl-intervent tagħha, Farrugia tkellmet b'ċerta passjoni dwar l-ambjent u dwar il-bżonn li jsir masterplan għall-iżvilupp tal-pajjiż u mhux biss dwar żona waħda speċifika.