‘il-viżjoni ta’ Simon għal Għawdex hi li jġib lil Salvu Mallia jgħajjar lil Prim Ministru’

Il-Ministru Refalo ma jiċħadx li ċ-Ċittadella tista tiġi bil-ħlas…filwaqt li qal li dan hu l-aqwa baġit għal Għawdex mill-2010

Il-Minsitru refalo fit-tweġiba tiegħu għad-diskorsi ta’ Chris Said u Frederick Azzopardi beda biex jirringrazzjahom it-tnejn li dawn tawh midalja meta t-tnejn qalulu li huma jafu li hu jħobb lill-Għawdex.  Iżda Refalo qal li d-diskorsi tagħhom ikomplu jsaħħu l-fatt li l-PN għandu nuqqas ta’ viżjoni u nuqqas ta’ kredibilita għal Għawdex, “Il-kap tal-oppożizzjoni f’Għawdex kien imdawwar b’ċorma maltin u kulma tkellem fuq Għawdex kien li ġab lill-istar candidate Salvu Mallia biex jgħajjar lil prim ministru parassita u li hu l-agħar ħaġa f’Malta mill-pesta ‘l hawn. Salvu Mallia qas joqgħod fejn id-difer tal-prim ministru. Din hi l-bassezza li wasal fiha l-PN. Kif tistgħu tirbħu l-elezzjoni? Kif tistgħu tippretendu li l-poplu Għawdxi jafdakom fl-elezzjonijiet. M’għandkom xejn x’toffru għal gżira Għawdxija.”

 

Kien hemm diversi battibekki bejn il-Ministru Refalo u Chris Said flimkien ma’ Frederick Azzopardi fejn l-ministru kkritika lil Chris Said li ma jistax jikkirtikah fuq toroq meta hustess meta kien ministru flimkien ma’ Giovanna Debono m’għamlu xejn fin-Nadur. Semma wkoll ir-raġuni għaliex hi prijorita l-pjazza ta’ San Franġisk minħabba li hemm bottleneck u bil-bini tal-qorti u skola fejn it-terminus, it-traffiku se jikber u n-nies ikunu aktar safe li jitilgħu għal pjazza mit-taraġ jew mil-lift li se jsir. Attakka lil Said li dan qatt ma ried li jinbena l-qorti l-ġdid, b’Said iwieġeb li hu dejjem kien, u jibqa kontra l-bini tal-qorti fejn qed jinbena u l-ministru qallu li xtaq jinfurmah li ħarġet it-tender għal bini tiegħu u tah in-numru tagħha.

 

Kien hemm argument jaħraq fejn akkuża lil said li dan irid ineħħi s-siġġijiet tar-ristoranti minn Marsalforn u qla li l-PN jkissru l-kummerċ f’Marsalforn u huma nefqu €200,000 mill-Ministeru biex jiżdied il-kummerċ.

 

Said staqsa jekk iċ-Ċittadella hux se tiġi bil-ħlas u l-Ministru qal li din illum mmexxija minn Management Committee u huma jiddeċiedu jekk tħallasx biex tidħol iċ-Ċittadella fejn qal ukoll li dan jista jsir għax għalkemm ir-restawr sar mill-fondi ewropej, l-ministeru ħareġ €200,000 biex tlestiet. Semma wkoll li hemm problemi fl-istudji għat-terminal tal-cruises għax il-port hemm dħul u ħruġ wieħed, fejn qal li llum stess żewġ cruises ma ġewx Għawdex minħabba l-baħar qawwi. Qal ukoll li hu jixtieq li ssir triq oħra għar-Rabat billi ssir mina minn taħt Chambray.

 

Dwar l-impjiegi bil-prekarjat qal li l-impjiegu żdiedu b’461 full time u 170 part time u l-qagħad niżel għal 560. Qal ukoll li l-work exposure Scheme kien għamilha l-gvern ta’ qabel, lejlet l-elezzjoni u fil-baġit kien ivvota għalija €miljun. U din jekk tkun fiha tibqa tirreġistra u qal li issa hemm ivvutat biss għaliha €350,000.

Qal li d-dar takl-anzjani sa tmiem din is-sena tkun mibnija kollha ġebel u saqaf. Filwaqt li faħħar il-qliegħ li għamel il-Gozo Channel meta sa Settembru ta’ din is-sena il_Gozo Channel se jkun qala €1.9 miljun meta taħt in-Nazzjonalisti kienet titlef €1.6 miljun. “Jgħidu li huma għamlu l-Għawdex aċċessibbli u t-turisti ma ġewx u aħna m’għamilna xejn u mlejna Għawdex bit-turisti.”

Refalo temm li dan kien l-aħjar baġit mill-2010 ‘l hawn għax barra d-9 miljuni mill-fondi nazzjonali, hemm b’kollox madwar €50 miljun bil-fondi Ewropej magħduda magħhom.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

More in Politika