Fi stqarrija, il-viċi kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-istejjer li qed jiġu rrapurtati fil-konfront tiegħu hima biss 'stejjer iffabbrikati u bla bażi'.
Sostna li sa qabel nhar is-Sibt li għadda meta ġie kkuntattjat mill-gazzetta Maltatoday, huwa qatt ma kien jaf jew seta' jnkun naf li kienet għaddejja xi investigazzjoni mill-Pulizija, u allura wisq anqas seta' b’xi mod jintervjeni mal-Pulizija dwar dan il-każ.
'Għaldaqstant, huwa diżonest min, għax jinsab dahru mal-ħajt, jiprova jħammiġni b’xi għemil abbużiv li jien qatt ma kont naf bih. Min qed jagħmel dawn l-allegazzjonijiet messu jħares ftit lejn il-mera biex ikun jaf min verament għandu minn xiex jistħi, żied jgħid Fenech Adami.
Il-viċi kap tal-PN sostna li hija 'tattika faxxista li tipprova tagħlaq ħalq min jopponi lill-Gvern billi tiffabbrika storja bla bażi. Flok ikompli jniżżel il-livell tal-politika f’livelli li pajjiżna qatt ma ra, għal darba, Muscat għandu jkun serju, u jaġixxi ta’ Prim Ministru fil-konfront tal-korrotti u kriminali li għandu ma saqajh.'