'Se nneħħu l-fabbrika tal-kanċer minn M’Xlokk'

'Inkjesta minn eks-ġudikanti dwar investigazzjoni mitluba mill-awtoritajiet Olandiżi fuq każ ta’ ħasil ta’ flus u drogi li waqfet ħesrem'

Wara rapporti li dehru, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li se jaħtar inkjesta magħmula minn eks-ġudikanti biex jaraw għalfejn investigazzjoni mitluba mill-awtoritajiet Olandiżi fuq każ ta’ ħasil ta’ flus u drogi waqfet ħesrem. 

F’diskors fiċ-Ċentru Laburista ta’ Ħal Balzan il-Ħadd filgħodu, il-Mexxej tal-Partit Laburista tenna li skont l-awtoritajiet Olandiżi, li kieku l-informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet Maltin waslet, kien ikun hemm bizzejjed provi biex jittieħdu l-passi neċessarji. Dan huwa każ li jinvolvi għexirien ta’ mijiet ta’ eluf, għexirien ta’ miljuni ta’ flus li hemm konessjoni tad-droga fihom u kumpanija li hawn Malta kienet konessa ma’ dan kollu u li fuqha kien hemm talba biex isir investigazzjoni, biex wara l-investigazzjonijiet, l-awtoritajiet Maltin jgħaddu l-informazzjoni dwarha, hija kumpanija li wieħed mid-Diretturi tagħha kien Beppe Fenech Adami, spjega Dr Muscat. 

"Dan huwa Gvern li jeħodhom id-deċiżjonijiet, kif ħadna d-deċiżjonijiet meta naqqasna l-kontijiet. In-nies m’għadhomx isemmuhom il-kontijiet. Ħadna d-deċiżjonijiet għax għandna pjan mhux għax fettlilna. Meta jara hekk Simon Busuttil jibda jippanikja, qalilna għax tanker kbir, it-tanker huwa ftit ikbar minn dawk li jidħlu fil-freeport, qalilna għax se jdum hawn, se jdum hawn sakemm il-proġett tal-pipeline li huma ma bdewx, u li aħna bdejna jkun lest, spjega Dr Muscat. Din hija Oppożizzjoni li qed tieħu pożizzjonijiet estremisti, fosthom li jbeżżgħu fuq il-gass. Tankers li jġorru l-gass huma meqjusa ferm ikar siguri minn tankers li jġorru ż-żejt u dan jgħidu s-suq fejn l-insurance ta’ tankers li jġorru l-gass huwa 25% irħas minn dik ta’ tankers taż-żejt.  Dawn it-tankers għandhom uħud mill-aqwa sistemi ta’ sigurta fid-dinja, qal il-Prim Ministru. Il-Mexxej tal-Partit Laburista semma wkoll kif permezz ta’ liġijiet, bħalissa anke l-cruise liners qed jaqilbu minn sistemi li jaħdmu fuq iż-żejt għal dawk li jaħdmu bil-gass, u allura bl-istess argument pwerili li juża Simon Busuttil, in-nies qed imorru fuq vaganza fuq bomba tal-gass ukoll?"

Joseph Muscat reġa’ sostna li  l-vapur ikun Malta sakemm jibda jaħdem il-pipeline li fuqu ġa bdew it-testijiet ġeoloġiċi. Li kieku għamluh huma konna nsibuh lest, iżda meta kien hemm iċ-ċans li jeqbilbu, xi ħadd qal le, u dan filwaqt li kienu għaddejjin il-commissions fuq iż-żejt.


 

More in Politika