'J'Alla ssir ġustizzja u jsiru magħrufa bis-serjetà l-fatti' - PL

Il-partit Laburista jgħid li r-reazzjoni tal-PN hi inkwetanti

 

Il-Partit Laburista ħareġ kontro stqarrija dwar dik tal-PN fuq il-każ li ħareġ fil-media ta' meta Beppe Fenech Adami kien responsabbli tal-pulizija u investigazzjoni fejn hu kien direttur inħbiet. L-istqarrija tgħid hekk:

Ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li jsejjaħ storja dokumentata fil-Maltatoday b'investigazzjoni konġunta ma' ġurnalist internazzjonali dwar ħasil ta' flus li ġejjin mid-drogi u li kienet qed tinħeba wara fiduciary li d-Direttur tagħha huwa d-Deputat Kap tal-PN hija inkwetanti ħafna.

Il-Partit Laburista mhux se jgħaġġel fi kwistjoni bħal din fejn hemm involuti istituzzjonijiet kostituzzjonali b'implikazzjonijiet serji.

J'Alla ssir ġustizzja u jsiru magħrufa bis-serjetà l-fatti u għalfejn twaqqfu l-investigazzjonijiet fi żmien meta Beppe Fenech Adami kien responsabbli mill-Pulizija.

Mill-banda l-oħra l-Partit Nazzjonalista jrid jassumi r-responsabiltajiet politiċi tiegħu u juri bil-fatti li tali aġir m' għandu qatt jkun ittollerat. S' issa l-Partit Nazzjonalista qiegħed jfalli totalment f' dan it-test.

More in Politika