Dibattitu li kellu jkun pjuttost animat, bejn żewġ personalitajiet mill-kampi politiċi opposti kellu jkun ikkanċellat, hekk kif wieħed mill-paretċipanti jidher li jew m'aċċettax l-invit jew inkella l-partit m'aċċettax li jidher hu. Fil-fat,t il-programm Xarabank kien se jorganizza dibattitu bejn Glen Bedingfield, blogger u preżentatur fuq l-istazzjon ONE u David Thake, eks preżentatur fuq l-istazzjon radjofoniku tal-PN, Radio 101. Imma l-programm kellu jkun ikkanċellat hekk kif jidher li Thake m'aċċettax l-invit li kellu biex jkun hu li jiddibatti ma' Bedingfield. Jew hekk, jew inkella l-istess Thake ma tħalliex jiddibatti f'isem il-Partit Nazzjonalista fuq Xarabank.
Fil-fatt, din ma kinitx se tkun l-ewwel dehra tat-tnejn fuq Xarabank. Ftit snin ilu kemm Bedingfield kif ukoll Thake kienu dehru fuq Xarabank, bilqiegħda fuq l-istess sufan fejn għaddew botti lil xulxin f'programm li kien inqas politiku fit-tema.