L-edukazzjoni, it-tfal u l-iskejjel ilejla fuq X-Tra

...minn għada dan is-sit jibda jsegwi it-temi diskussi fuq il-programm immexxi minn Saviour Balzan

It-tfal u l-iskejjel, ilejla fuq X-Tra
It-tfal u l-iskejjel, ilejla fuq X-Tra

Ilejla jibda l-ewwel programm ta’ diskussjoni X-Tra immexxi minn Saviour Balzan fuq l-istazzjon TVM. Il-mistieden se jkun il-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol Evarist Bartolo u miegħu Balzan se jiddiskuti bosta temi li jolqtu l-ġenituri, l-uliedhom u is-sistema edukattiva.

Balzan se jistaqsi dwar it-trasport għall-iskola, il-miżati tal-iskejjel privati, il-ħin li l-istudenti jqattgħu l-iskola u  għaliex ċerti ġenituri jagħżlu li jibgħatu lill-uliedhom fi skejjel tPrivati minflok fi skejjel tal-Gvern.  

Il-programm X-Tra jibda fid-20:50 p.m. u jixxandar kull nhar ta' Ħamis.

Intant minn għada fuq is-sit illum.com.mt se tkun tista’ ssemma’ leħnek u tipparteċipa fid-diskussjoni li tkun bdiet fuq il-programm X-tra.

 

X-TRA Promo1

More in Politika