‘Gvern li ma jaħrabx mid-deċiżjonijiet…’

‘Gvern ta’ qabel kien jara l-problemi, jitkellem dwarhom u ma jagħmel xejn, dan il-Gvern qed jieħu azzjoni dwar il-problemi li jara’ – Joseph Muscat

Waqt kollegament telefoniku fuq ONE Radio, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar id-deċiżjonijiet li jiffaċċja dan il-Gvern, u li ma jibżax jieħu azzjoni dwarhom.

Muscat semma l-każ kurrenti tal-Fish-Farms fejn f’25 sena ma sar xejn dwarhom, u issa dan il-Gvern qal li ma nistawx nittolleraw sitwazzjoni fejn nofs il gaġeġ huma illegali u l-operat tagħhom qed ikun ta’ detriment għan-nies.

Il-PM saħaq li b’azzjoni kontra l-operaturi tal-fish-farms jista’ jkun hemm theddid li jitnaqqas ix-xogħol, għax l-operat jista’ jmur f’pajjiżi oħra, imma huwa sostna li “pajjiżna mhux miżbla, hemm ir-regolamenti u dawn iridu jinzammu”

Abbużi tul l-aħħar snin waslu biex bħalissa hemm aktar gaġeġ milli hemm permessi u mhemmx sistema ta’ regolarizazzjoni tal-operat. Issa, skont il-PM, l-affarijiet se jinbidlu.

“Aħna vera pro-business, iżda nżommu mar-regoli”, qal Muscat.

Meta l-ex ministru tal-ambjent Nazzjonalist jippruva jgħallem lill-Gvern x’għandu jagħmel dwar il-kwestjoni tal-fishfarms… il-mistoqsija għanda tkun x’għamel hu bħala ministru meta kienu fil-Gvern huma għal numru twil ta’ snin.

Għall-ewwel darba se tittieħed azzjoni. “Aħna mhux niktbu artikli, nikkritikaw u niddiskutu biss, imma se nieħdu azzjoni. Dan il-gvern, id-deciżżjonijiet joħodhom” qal Muscat.

Muscat fakkar kemm il-Pajjiż inbidel  fi 3 snin biss, u dwar kemm hu kunfidenti li se jkompli jinbidel għall-aħjar.

Il-PM faħħar id-deċiżżjoni li ttieħdet din il-ġimgħa mill-Awtortià tal-Ippjanar sabiex jibda jitranga l-Isptar St.lukes li wara snin ta’ abbandun, issabeda l-proċess biex jiġi rranġat. “Il-gvern ta’ qabel beża’ jiftaħ St.lukes,” sostna Muscat, “minħabba biża’ ta’ kritika li bena l-Isptar Mater Dei żgħir wisq”.

More in Politika