'Il-Gvern Malti qed jgħaddi l-Kummisjoni Ewropea biż-żmien'

F'intervista li għamel Jason Azzopardi fuq stazzjon televiżiv Taljan, huwa qal li l-Gvern Malti qed jgħaddi biż-żmien lill-Kummisjoni Ewropea

Jason Azzopardi jakkuża l-Gvern Malti li qed jgħaddi biż-żmien lill-Kummisjoni Ewropeja
Jason Azzopardi jakkuża l-Gvern Malti li qed jgħaddi biż-żmien lill-Kummisjoni Ewropeja

F'intervista fuq l-stazzjon televiżiv Taljan TGCOM24, ix-shadow minister tal-Ġustizzja u l-Intern, Jason Azzopardi, qal hekk, "Il-Governo Maltese sta pretendo per i fondelli la Commissione Europea..." li tfisser li l-Gvern Malti  qiegħed jgħaddi biż-żmien lill-Kummisjoni Ewropeja.

Dan qalu fid-dawl tal-ftehim li l-gvern għamel mal-UE lura fl-2014, dwar il-programm tal-bejgħ taċ-ċittadinanzi (IIP), fejn kien deċiż rekwiżit li jorbot lil kull applikant biex jgħix Malta għal minimu ta' 12-il xahar qabel ma jkun mogħti ċ-ċittadinanza.

Waqt l-intervista ma' TGCOM24, Azzopardi kkummenta dwar każ fil-Qorti li l-Partit Nazzjonalista fetaħ, fejn qed jikkontesta l-għotja tad-dritt tal-vot lil 91 individwu illi l-istess partit qed jallega li ngħata bi prattiċi korrotti wara l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija.

Meta mitlub għall-kummenti tiegħu mill-ILLUM, Jason Azzoppardi semma' wkoll li minbarra l-każijiet imsemmija fil-Qorti, huwa personalment tkellem ma' sidien ta' proprjetà li rċevew ittri indirizzati lejn ċittadini b'kunjomijiet li jinstemgħu Russi u Spanjoli, li huma ma jafux bihom iżda li, allegatament qed jgħixu f'dawn il-proprjetajiet.

Skont il-kummenti ta' Azzopardi fuq l-istazzjon Taljan, Il-Gvern Malti qiegħed jgħaddi biż-żmien lill-Kummisjoni Ewropea għax mhux qed jirrispetta l-ftehim li kien intlaħaq fl-2014, dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanzi, speċjalment dwar ir-rekwiżiti li jitrattaw il-perjodu ta' residenza.

Dan l-intervent ta' Azzopardi sar wara li dalgħodu, fuq is-sit tal-istess stazzjon televiżiv ħareġ artiklu li akkuża lil Malta li qed tbigħ passaporti Ewropej lill migranti sinjuri, għar-riskju tas-sigurtà tal-UE.

Fl-artiklu Taljan, Malta ġiet akkużata li f'dawn l-aħħar sentejn, ġiet immexxija skema fejn bi prezzijiet għoljin ħafna, l-aċċess għall-UE kien qiegħed jinbiegħ lill-ċerti personaġġi benestanti li kieku mhux għalhekk, ma kienx ikun possibli għalihom li jkollhom passaport għall-UE.

L-akkużi iebsin kontra Malta, ġew magħmula minħabba li din l-għotja ta' ċittadinanzi tmur kontra l-kunċett ta' ċittadinanza Ewropea, u żżid ir-riskji għas-sigurtà tal-unjoni kollha, minħabba l-aċċess mogħti lil individwi, maħruba minn sanzjonijiet li hemm kontra pajjiżom.

"Li kieku ma m'għandix imħabba, rispett u simpatija lejn Malta, ikolli ngħid li dawn huma azzjonijiet denji ta' repubblika tal-banana, u li hemm bżomm jitwaqqfu minnufih mill-UE," qal Frank Engel, deputat taċ-ċentru lemin fil-Parlament Ewropew. Intant, is-Soċjalista Ana Gomes, qalet li "dawn l-inizzjattivi ipoġġu għar-riskju l-integrità tax-Schengen, u għandhom jiġu mwaqqfa mmedjatament."

L-artiklu ta' TGCOM24, jispiċċa b'kumment ta' ex Ministru tal-Finanzi, Robert Zile, li qal "iċ-ċittadinanza hija ħaga li wieħed għandu jaħdem għaliha, mhux sempliċment disponibbli għal dawk li għandhom ħafna flus."

More in Politika