Rapporti qed jgħidu illi l-qattiel ta' Munich, li jismu Ali Sonboly, qabel fetaħ in-nar f'ħanut ta' Mc Donalds kien qed jistieden lit-tfajliet fl-istess ħanut tal-ikel. Huwa mifhum li Sonboly kien qed juża profil falz fuq Facebook, fejn ippoża ta' mara bl-isem Selina Akim. Huwa kien qed jistieden lill-vittmi fl-istess ħanut fejn imbagħad fetaħ in-nar u qatel disa' persuni, b'16 oħrajn midruba. Wara li fetaħ l-attakk l-istess Sonboly qatel lilu nnifsu.
L-attakk fil-Ġermanja, qajjem furur u anke bosta mistoqsijiet dwar il-politika tal-immigrazzjoni fil-Ġermanja, minħabba li Sonboly huwa Ġermaniż/Iranjan. Minkejja dan iżda għadu xejn mhu ċert dwar il-mottiv tal-qtil.