15,200 edukatur sospiż fit-Turkija

Fit-Turkja ġew sospiżi 15,200 edukatur mixlija b'konessjoni mal-kolp ta' stat fallut tal-ġimgħa l-oħra

15,200 edukatur sospiżi fit-Turkija
15,200 edukatur sospiżi fit-Turkija

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni tat-Turkija ħabbar li madwar 15,200 ħaddiem fil-qasam tal-edukazzjoni ġew sospiżi hekk kif ġew mixlija b'rabtiet mall-kolp ta' stat fallut fit-Turkija li seħħ il-ġimgħa l-oħra.

Filwaqt li għadhom ma ngħatawx aktar dettalji dwar dawn is-sospensjonijiet, dawn saru fid-dawl tad-dikjarazzjoni li għamel il-Prim Ministru Tork, Binali Yildirim, li jeqred lil kull min ta s-sapport tiegħu lil Fethullah Gulen, li huwa kleriku Iżlamiku li jgħix fl-Istati Uniti, u li ġie akkużat li kien il-moħħ wara l-attentat ta' kolp ta' stat.

Gulen jiċħad l-akkużi kollha miġjubin kontrih.

Minn nhar il-ġimgħa l'hawn, wara li l-kolp ta' stat falla, eluf ta' suldati, pulizija u uffiċjali għolja tal-pajjiż ġew arrestati b'rabta mal-kolp.

Minbarra l-15,200 edukatur, ġiet ukoll ordnata r-riżenja ta' 1500 rettur ta' Universitajiet.

More in Politika