“Il-Membri Parlamentarji jistgħu jiġu mmultati jekk ma jattendux għal seduta tal-parlament mingħajr ma jaġħtu raġuni valida.” ħabbar il-Prim Ministru waqt konferenza stampa.
Waqt seduta parlamentari li se sseħħ għada, se jiġu diskussi d-dettalji ta’ din il-mozzjoni, fosthom x’raġunjiet għandhom jitqiesu bħala validi biex wieħed ma jattendix seduta.
Waqt konferenza stampa f’Kastilja, Muscat tenna li “n-nies ma jistgħux jaqbdu u jiddeċiedu meta ma jmorrux għax-xoghol, iżda s’issa l-politikanti kienu eżenti minn din il-liġi. Il-Politikanti jistinkaw u jħabbtu fuq ħafna bibien biex ikunu jistgħu jattendu l-Parlament; issa rriduhom li verament jattendu għas-seduti.”
Muscat iddeskriva l-Gvern Laburita bħala wieħed riformist li ma jibżax jisfida l-istatus quo.
“Il-Gvern ma jridx jaħtaf aktar poter milli għandu, iżda minflok irid jipprovdi aktar kontroll u bilanċ fuq il-poter.”