Il-Forum Union Maltin (For.U.M), kiteb ittra lill-Prim Ministru Joseph Muscat, biex jesprimu l-inkwiet tagħhom dwar it-tilwima bejn il-linja nazzjonali tal-Ajru, AirMalta u L-Airline Pilots Association (ALPA).
Il-For.U.M tinsab inkwetata dwar il-madat ta’ inibizzjoni li ttella’ l-qorti kontra l-ALPA, fejn saħqet li dan il-mandat huwa affront kontra d-demokrazjia u attentat biex jiġu msikkta l-organizzazjonijiet li jitkellmu favor id-drittijiet tal-ħaddiema, milli jiġġieldu għad-drittijiet tal-ħaddiema li jirrappreżentaw.
“Li tintuża l-qorti biex jiġu msikkta t-trade unions, hija ħaġa perikoluża, mhux produttiva u fuq kollox affront serju kontra d-drittijiet demokratiċi.” Stqarru l-For.U.M
Fid-dawl ta’ dan, il-For.U.M talbu lill-uffiċju tal-Prim Minsitru, biex jintervjeni f’ dan ir-rigward u jwaqqaf dan l-attakk kontra d-drittijiet demokratiċi. Apparti minn hekk, il-For.U.M, talbu biex miżuri ta’ dan it-tip jiġu kkunsidrati affarijiet koroħ tal-passat minflok meżżi preżentu u future.
Il-For.U.M temmew l-istqarrija billi saħqu li huma jemmnu fid-djalogu soċjali, u li l-aħjar soluzzjonijiet jinkiżbu primarjament b’negozjati.