Ġuvni ta' 20 sena ta' nazzjonalità Ingliża, ġie arrestat f'Las Vegas, hekk kif għamel attentat fuq il-ħajja tal-kandidat presidenzjali Donald Trump.
Michael Steven Sandford, ċittadin Brittaniku li skont il-media Amerikana, ilu madwar sena jgħix illegalment fl-Istati Uniti, saħaq li ilu madwar sena jippjana l-qtil ta' Trump, u sab l-okkażjoni perfetta waqt l-attività tal-massa f'Las Vegas.
Il-miżuri tas-sigurtà waqt il-kampanji elettorali fl-Istati Uniti, huma ferm stretti u huwa kważi impossibbli biex xi ħadd jirnexxielu jġorr arma tan-nar fuqu. Sanford sab l-okkażjoni tiegħu hekk kif kif viċin biżżejjed ta' gwardjan li jilħaq il-pistola tiegħu.
Sandford stqarr li kien jaf li kellu biss ċans jispara tir jew tnejn u wisq probabbli jiġi maqtul huwa stess immedjatament wara. L-attentat falla u Sandford ġie arrestat, u se jitressaq quddiem il-qorti ta' Nevada f'Lulju.
Il-kampanja ta' Trump kienet ikkaratterizzata minn ħafna kontroversja, vjolenza u protesti. Għalkemm għandu support sostanzjali minn numru kbira ta' Amerikani, bħalissa l-istatistika turih min taħt, ikkomparat mar-rivali Hillary Clinton.