F’April li għadda ġiet irreġistrata żieda ta’ 7% fuq in-numru ta’ operazzjonijiet li saru fl-Isptar Mater Dei meta mqabbel ma April tas-sena ta’ qabel. Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt il-programm Kalamita fuq ONE TV.
F’April li għadda saru total ta’ 4,829 operazzjoni, żieda ta’ 310 operazzjonijiet minn April 2015.
“L-2014 kienet sena rekord għall-operazzjonijiet li saru f’Mater Dei, is-sena li għaddiet qbiżna r-rekord li għamilna aħna stess, u din is-sena ninsabu fit-triq it-tajba biex nagħmlu rekord ieħor,” qal il-Ministru Chris Fearne.
Bejn Jannar u April ta’ din is-sena saru 18,263 operazzjoni, żieda ta’ 771 operazzjoni fuq l-istess perijodu s-sena ta’ qabel.