Busuttil: 'Konrad Mizzi anke mill-Parlament irid jitkeċċa għax mhux Onorevoli'

Simon Busuttil jgħid li Konrad Mizzi kiser il-liġi, li qed jagħmel ħafna ħsara lill-pajjiż u li aċċetta l-kundizzjoni li jitfa' minimu ta' €1 miljun fil-kumpanija tal-Panama

Simon Busuttil
Simon Busuttil

Ma ħadux ir-responsabilita għax baqgħu f'posthom, kemm Konrad Mizzi kif ukoll il-Prim Ministru fakkar Busuttil li fakkar ukoll kif minn stħarriġ differenti tal-opinjoni pubblika li saret wrew li l-maġġoranza tal-poplu jridu li Mizzi jirreżenja. 

'In-nies jippretendu li aħna nirraġunaw u nirrispettaw l-intelliġenza tagħhom" qal il-Kap tal-Oppożizzjoni. Huwa qal illi n-nies huma diżappuntati bil-fatt li, skontu, Muscat m'għamel xejn. "Nistgħu nkeċċu kif jixraqlu lil Konrad Mizzi minn Ministru u mill-Parlament għax Mizzi ma jixraqlux li jissejjaħ onorevoli," sostna Simon Busuttil. 

Huwa qal illi hemm minn tal-anqas 10 raġunijiet għalfejn Mizzi għandu jirreżenja. "L-ewwel nett dak li għamel Mizzi huwa ħażin, imma imbagħad li tiftaħ kumpanija l-Panama wara li ssir Ministru hija agħar., Li tagħmilha biex fiha tpoġġi s-senserija hija oxxenita'."

Busuttil reġa sostna illi kif ġraw l-affarijiet jindikaw illi hemm korruzzjoni. "Il-bank il-Panama rabat lil Mizzi biex jitfa' miljun ewo fis-sena. Kemm-il wieħed minnkom (Deputati Laburisti) għandu kumpanija l-Panama? Allura għax din għamilha Konrad Mizzi, qisu xejn mhu xejn? Xi prova hemm iktar illi kien hemm korruzzjoni jekk dawn ma riedux li jidhru f'isimhom?" staqsa Busuttil, li fakkar kif Mizzi u Schembri riedu jħallsu $1,500 biex jiftħu l-kont biss. Fakkar kif Konrad Mizzi u anke Keith Schembri ta l-approvazzjoni tiegħu biex tinfetaħ din il-kumpanija, anke jekk kien jaf li trid minimu ta' miljun ewro fil-kumpanija. 

Huwa qal illi Konrad Mizzi gideb u li kiser il-liġi meta m'għamilx dikjarazzjoni mal-Kumnmissarju tat-Taxxi Interni meta fetaħ trust, kif kien obbligat li jagħmel. Huwa allega wkoll li  fil-każ kollu hemm dubji ta' ħasil ta'flus. 

Il-ħames raġuni, skont Busuttil, għalfejn għandu jirreżenja Mizzi huwa għax  mhux veru li huwa Miniustru li jwettaq. Hawnhekk Busuttil għamel lista ta' nuqqasijiet f'setturi u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt Konrad Mizzi, fosthom huwa akkuża lill-Gvern li jagħti l-promozzjonijiet lil min jittessera mal-Partit Laburista. Busuttil akkuża lil Konrad Mizzi li qed jagħmel ħsara kbira lill-pajjiż.

More in Politika