Zammit Lewis għadu mhux deċiż joħroġx għal deputat mexxej

Il-Ministru għat-Turiżmu se jkun qed jagħmel id-deċiżjoni tiegħu fil-ġranet li ġejjin

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis ma eskludiex il-possibbiltà li jikkontesta fl-elezzjoni għall-kariga ta' deputat mexxej għall-affarijiet tal-Partit Laburista, wara r-riżenja minn din il-kariga tal-Ministru konrad Mizzi, ġimgħat biss wara nħatar fl-istess kariga.

Zammit Lewis, li fil-jiem li għaddew issemma spiss bħala wieħed minn dawk li se jkunu qed ikunu l-protagonisti fl-elezzjoni għal deputat mexxej, qal li se jkun qed jagħmel id-deċiżjoni fil-jiem li ġejjin.

"Għadu kmieni wisq biex issir spekulazzjoni. Bħalissa ninsab iffukat fuq il-ftehim riċenti tal-Air Malta. Il-proċess biex jittella' deputat mexxej għadu ma bediex u se nkun qed nagħmel id-deċiżjoni tiegħu fil-jiem li ġejjin," sostna l-Ministru Zammit Lewis.

 

More in Politika