Il-Malta Developers Association (MDA) hi favur li jkun hemm mezz ta’ komunikazzjoni stradali permanenti bejn il-gżira ta’ Malta u dik ta’ Għawdex. L-MDA temmen li dan hu l-uniku mod li jista’ jwassal biex l-ekonomija ta’ Għawdex tkun integrata kollha kemm hi fl-ekonomija nazzjonali u b’hekk ma jibqgħux jeżistu differenzi fil-livell ta’ għixien taż-żewġ gżejjer.
L-MDA tħoss li l-proposta ta’ mina tidher li hi l-aktar waħda fattibbli mill-lat ta’ spejjez kif ukoll l-aħjar soluzzjoni mill-lat ta’ ambjent u għalhekk hi tappoġġa l-inizjattiva li qed tittieħed biex dan il-proġett isir.