Birdlife Malta bagħtet ’ittra miftuħa lill-Prim Ministru li fiha talbet lill-Gvern biex jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa mal-ewwel illegalitajiet. Il-Birdlife faħħret, il-Gvern "għall-pożizzjoni ta’ ‘żero tolerance’ meħuda waqt ir-rebbiegħa li għaddiet meta l-istaġun kien maqtugħ qasir wara li nqatel għasfur protett."
Birdlife qalet illi kull staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa jġib "mewġa akbar ta' għasafar protetti li jispiċċaw fil-mira tas-snieter" u ħeġġet lill-Gvern biex biex iżomm mal-pożizzjoni tiegħu fuq din il-kwistjoni."
Fl-ittra BirdLife Malta esprimiet it-tħassib tagħha li matul il-ġimgħat li għaddew għasafar protetti diġà ġew fil-mira ta’ kaċċaturi u dan ma jawgurax tajjeb meta fi ftit jiem oħra, madwar 10,000 individwu bl-isnieter se jkunu fil-kampanja.