'Se nivvota kontra l-Gvern b'qalbi maqsuma'

Farrugia tgħid li d-deċiżjoni hija "trawmatika" u "psikoloġikament devastanti"

Id-Deputata indipendenti Marlene Farrugia ħabbret illi hija se tkun qed tivvota kontra l-Gvern u mal-Partit Nazzjonalista b'qalbha maqsuma. Mal-ġurnal The Times Farrugia kompliet tgħid illi l-fatt li se tivvota kontra l-Gvern hija xi ħaġa "trawmatika" u "psikoloġikament devastanti". Hija qalet li l-għażla tagħha se tkun bejn żewġ affarijiet li tħobb, il-pajjiż u l-partit, għalkemm fakkret mill-ewwel li l-lealtà tagħha tibqa' dejjem lejn il-pajjiż. 

Marlene Farugia rreżenjat mill-PL f'Novembru li għadda u minn dakinhar, is-sit illlum.com.mt kien żvela illi Farrugia kellha l-ħsieb illi toħloq partit ġdid lil hinn miż-żewġ partiti l-kbar. F'dan l-artiklu qed nerġgħu nippublikaw dak li kienet qalet Farrugia ma' dan is-sit, meta fis-6 ta' Marzu kienet indikat l-ewwel ħsibijiet tagħha dwar partit ġdid. 

More in Politika