Kritika ħarxa għal Giovanni Bonello għax attenda l-protesta tal-PN

Il-Ministru Michael Farrugia, waqt 'Reporter' qal li hi inaċċettabbli

Giovanni Bonello fil-protesta ta' nhar il-Ħadd li għadda | ritratt: glennbedingfield.com
Giovanni Bonello fil-protesta ta' nhar il-Ħadd li għadda | ritratt: glennbedingfield.com

"Hi inaċċettabbli li jattendi attività politika, organizzata mill-PN. Giovanni Bonello jmexxi l-Bord tar-Riabilitazzjoni ta' dawk li jinqabdu bid-droga, u hu konsulent ma' Heritage Malta, li jaqla' €50,000." Dan sostnih il-Ministru għal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia waqt il-programm Reporter li xxandar ilbieraħ.

Farrugia kkritika lill-eks-Imħallef Giovanni Bonello talli nhar il-Ħadd li għadda, attenda l-protesta kontra l-korruzzjoni organizzata mill-Partit Nazzjonalista, u qal li mhux aċċettabbli li jkun preżenti 'għal attività politika'.

Għal dan, il-viċi-Kap tal-PN Mario de Marco insista li d-dimostrazzjoni kienet protesta nazzjonali u Bonello kellu kull dritt għal-libertà tal-espressjoni.

Il-preżenza tiegħu fil-protesta ġiet kritikata mill-konsulent tal-OPM, Glenn Bedingfield li fil-blogg tiegħu semma kif Bonello kien ikun l-avukat f'diversi kawżi fil-Qorti kontra l-Gvern Laburista tat-tmeninijiet.

More in Politika