'Il-partit il-ġdid għadu mingħajr ideoloġija politika'

L-AD kellha diskussjonijiet ma' Marlene Farrugia

L-Alternattiva Demokratika qalet li mhix se tkun qed tiċċaqlaq mill-ideoloġija politika li tħaddan, u se tibqa' tagħmel parti mill-grupp tal-ħodor fuq livell Ewropew. Dan fid-dawl ta' diskussjonijiet li dan il-partit kellu mad-deputata indipendenti Marlene Farrugia dwar il-formazzjoni ta' partit ġdid biex jisfida s-sistema elettorali ta' żewġ partiti li għandu pajjiżna. Dawn id-diskussjoniijiet ġew ikkonfermati minn Carmel Cacopardo nnifsu mal-gazzetta MaltaToday, u żied jgħid li l-istruttura ta' dan il-partit ġdid għadha mhix ċerta

Il-gazzetta MaltaToday irrapurtat kif Farrugia hi l-unika 'wiċċ' ta' dan il-partit ġdid, bil-membri jkunu kollha persuni li qatt ma kienu involuti fil-politika.

Min-naħa l-oħra, il-kunsillier u eksċermen tal-AD, Michael Briguglio, fuq il-mezzi soċjali qal li jekk il-pożizzjoni politika tal-AD se tkun qed tinbidel, dan għandu jsir demokratikament, waqt li sostna li l-partit ta' Marlene, jekk ma jkollux pożizzjoni ideoloġika ċara, se jispiċċa jkun bħall-partit ta' Beppe Grillo fl-Italja, il-Movimenti Cinque Stelle.

Sorsi li tkellmu mal-gazzetta qalu li l-AD għandha l-politika tagħha u mhux beħsiebha terġa' tibda kollox mill-bidu, u trid il-kontinwità.

More in Politika