Meta mistoqsija dwar is-self ta' €10,000 li l-PN qed jitlob mingħand in-nies biex ipaċi parti mid-dejn li għandu u jekk hemmx garanzija li l-kapital jingħata lura s-Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake qalet li fil-ħajja "xejn mhu garantit". Mistoqsija jekk il-PN hux se jkun qed jippublika l-ismijiet ta' dawk li jisilfu l-flus lill-partit Thake qalet biss li l-partit "se jagħmel dak li l-liġi tobbligana li nagħmlu".
Il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tikkunsidra self b'rati vantaġġjużi, bħal dak li qed jipproponi l-PN, bħala donazzjonijiet. Meta l-ġurnalisti preżenti baqgħu jistaqsu jekk il-PN jippublikax l-ismijiet ta' min jagħti dawn il-flus hija qalet li "dan huwa kuntratt privat bejn il-partit u l-individwu." Qalet ukoll li ma sibx problema li tippublika l-ismijiet kemm il-darba l-individwu jaċċetta li dan isir.
Individwu jista jagħti aktar minn €10,000, basta dan is-self jagħtih f'ammonti ta' €10,000.