Żieda ta' €15.5 miljun f'benefiċċji soċjali

L-akbar żieda reġistrata fit-tnaqqis tal-benefiċċji tal-qgħad, fejn il-benefiċjarji naqsu b'663.

Iktar minn 43,000 persuna tibbenefika mill-pensjoni taż-żewġ terzi
Iktar minn 43,000 persuna tibbenefika mill-pensjoni taż-żewġ terzi

Fl-2015, l-ispiża tal-Gvern fejn jidħlu benefiċċji soċjali żdiedet bi €15.5 meta mqabbel mas-sena ta' qabel. Fl-2015, l-ammont ta' €868.4 miljun ingħata mill-Gvern f'benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Dan huwa żieda ta' 1.8% meta mqabbel mas-sena preċedenti, jiġifieri l-2014.

Din iż-żieda kienet minħabba żieda ta' €22.6 miljum fin-nefqa tal-benefiċċji kontributorji. Min-naħa l-oħra, in-nefqa fil-benefiċċji non kontributorji naqset b'€7.1 miljun.

Raġuni ewlenija ta' din iż-żieda kienet minħabba ż-żieda ta' €20.4 miljun fil-pensjonijiet. It-tnaqqis fil-pensjoni non-kontributorja wasal minħabba tnaqqis fl-ispiża taċ-children's allowance ta' €9.1 miljun. 

L-akbar numru ta' nies li kienu qed jibbenefikaw minn dawn il-benefiċċji huma l-anzjani li jinsabu bil-pensjoni taż-żewġ terzi, li fl-2015 kienu jammontaw għal iktar minn 43,000 persuna, u dawk li jebbenifikaw mill-benefiċċji tal-mard, li jlaħħqu ftit inqas minn 20,000 persuna. Meta mqabbla mas-sena ta' qabel, kien hemm żieda ta' 2,109 persuna. Dan filwaqt li kien hemm l-akbar żieda reġistrata fit-tnaqqis tal-benefiċċji tal-qgħad, fejn il-benefiċjarji naqsu b'663.

More in Politika