'Ninsab kuntenta biż-żjara tiegħek f'Malta'

Il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca lil dik tal-Kosovo

Il-Presdent ta' Malta flimkien ma' dik tal-Kosovo
Il-Presdent ta' Malta flimkien ma' dik tal-Kosovo

“Ninsab kuntenta b’din iż-żjara sinifikanti tiegħek f’Malta”. Dawn kienu kliem il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca hekk kif laqgħet lill-President tar-Repubblika tal-Kosovo, Atifete Jahjaga, fil-Palazz ta’ Sant’ Anton.

Il-President qalet li qed tħares ‘il quddiem biex jissoktaw id-diskussjonijiet li bdew fi żjara Statali li saret fi Frar, u li ser iwasslu biex ir-relazzjonijiet ta’ bejn iż-żewġ pajjiżi jespandu u jiġu kkonsolidati fi proġetti tanġibbli.

Il-President ikkonfermat l-intenzjonijiet ta’ Malta biex tkun ta’ għajnuna u ta’ appoġġ fil-proċessi tal-Kosovo sabiex isir parti mill-Unjoni Ewropea. Min-naħa tagħha, il-President Atifete Jahjaga rringrazzjat lill-President ta’ Malta għall-invit sabiex issir din iż-żjara. Qalet li ż-żjarat bilaterali li kien hemm dan l-aħħar bejn Malta u l-Kosovo huma xhieda tar-relazzjonijiet eċċellenti li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi.

More in Politika