Rispons negattiv mill-MEPA wassal biex Rodrick Fenech iwaqqa' pjani għall-iżvilupp ta' villaġġ ta' 116-il kamra f'Wied il-Għmor, bejn is-Swieqi u San Ġwann. Skont rapport li deher fuq il-gazzetta Maltatoday tal-lum, huwa irraportat ukoll illi Fenech se jagħmel proposta oħra imma li din id-darba ma jaqbiżx iż-żona tal-art li diġa hemm bini fuqha, fil-forma ta' razzett abbandunat.
Mal-gazzetta huwa qal li jinsab kommess illi jressaq peoposti ġodda, b'kunċett li ma jmurx lilhinn minn dak mibni diġa. Kienu bosta li wrew l-oppożizzjoni tagħhom għal dan l-iżvilupp illi kieku sar, kien jeqred minn dak li huwa l-unika pulmun aħdar f'din iż-żona tal-pajjiż.