Muscat: Dawk involuti fil-każ tal-Panama huma nies ġenwini

Joseph Muscat jgħid li jieħu azzjoni f'każ illi jinstab li Konrad Mizzi għandu miljuni fit-trust u jsostni li Mizzi u Schembri kienu 'politically naive' li għażlu struttura finanzjarja li tinkludi l-Panama

Il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-programm Dissett tal-bieraħ qal illi huwa jieħu azzjoni kontra l-Ministru Konrad Mizzi jekk jinstab mill-investigazzjoni tal-Kummissarju tat-Taxxa li kellu l-miljuni fit-Trust mistuħa fi New Zealand. Huwa qal li Konrad Mizzi u Keith Schembri, iċ-Chef of Staff tal-Prim Ministru, qagħdu fuq pariri lega;li. Minbkejja dan Muscat ammetta li dawn setgħu kienu politikament boloh (politically naive) li għażlu l-istruttura finanzjarja li għażlu b'kumpanija l-Panama. 

Muscat fakkar illi Schembri mhux persuna eletta u li qabel ma daħal fis-servizz pubbliku kellu karriera ta' suċċess fil-Grupol Kasco. Muscat waqt il-programm stqarr illi dawk involuti fil-każ Panama huma ġenwini imma li ngħataw parir li minkejja li huwa legalment korrett, huwa wkoll insensittiv. 

Il-Prim Ministru ċaħad illi qed jimxi differenti f'dan il-=każ minn każi ta' Ministri oħrajn u qal li se jkun qed jistenna ir-riżultat tal-investigazzjonijiet l-ewwel. 

 

More in Politika