
(FILMAT) Vox Pop | Konrad Mizzi għandu jirreżenja?
Jirreżenja jew le? Il-poplu jitkellem

More in Politika
Jirreżenja jew le? Il-poplu jitkellem
Fil-ġimgħa fejn fuq fomm kulħadd jinsab il-każ ta’ Konrad Mizzi li ħafna qed iqisu li kienet il-kwistjoni li l-aktar li għeżżet lill-Gvern preżenti, l-Oppożizzjoni, ħatfet l-opportunitá biex tikkritika b’mod feroċi u anke tevalwa l-każ b’reqqa kbira. Dan saħansitra wassal biex illum, il-Partit Nazzjonalista jinżel fit-toroq fi protesta li qed isejħilha, ‘Kontra l-korruzzjoni’.
Fil-fatt, sa minn meta ħareġ fid-deher li l-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi kellu investimenti barra minn xtutna, partikolarment trust fi New Zealand u kumpanija fil-Panama, bosta kienu dawk li talbu għar-riżenja tal-istess Ministru, inkluż il-Partit Nazzjonalista. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru, li wara ġie żvelat li anke ċ-chief of staff tiegħu kellu l-istess tip ta’ investimenti, ħareġ jiddefendi lill-Ministru Konrad Mizzi u qal li dan m’għamel xejn ħażin, ladarab ddikjara dak kollu li kien jagħmel parti minn dan l-investiment.
Dan il-każ, ikkoinċida mal-ħatra ta’ Konrad Mizzi bħala deputat mexxej tal-Partit Laburista, li qabel ma tela’ diġá kienet tinstema’ l-għajta ta’ diversi Laburisti biex Konrad jieħu ħsiebhom, kif anke deher f’artiklu iktar kmieni din il-ġimgħa fuq is-sit ta’ din il-gazzetta. Minbarra l-kritika fil-mezzi tax-xandir, persuni li tkellmu ma’ din il-gazzetta, tkellmu wkoll dwar ferment u rabja fost il-partitarji Laburisti li jħossu li dan il-każ għamel tant ħsara, li ġab fid-dubju rebħa elettorali fl-elezzjoni li jmiss, li sa ftit żmien ilu, din kienet meqjusa bħala xi ħaġa ċerta. Xi ħaġa li ġiet ikkonfermata l-għada stess mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, fil-kwotazzjoni ta’ Ġużé Ellul Mercer ta’ x’inhi l-vera tifsira tal-ideoloġija Laburista.
Għaldaqstant, din il-gazzetta staqsiet lil diversi nies fil-Belt Valletta jekk fid-dawl ta’ dan il-każ, jaħsbux li l-Ministru għandu jirreżenja mill-kariga tiegħu.