F'intervista li se tidher għada fuq il-gazzetta l-ILLUM Marlene Farrugia tistqarr li hi Laburista minn ġuf ommha. Hija tgħid lill-gazzetta illi kieku kellha ssir elezzjoni illum ma tivvotax. Dan anke jekk lura f'Diċembru hija kienet qalet illi kieku kellha ssir elezzjoni llum, hija tivvota lill-Partit Nazzjonalista.
Fl-intervista Farrugia hija ppreżentata b'diversi mistoqsijiet, fosthom dwar il-każ ta' Konrad Mizzi, jekk hux qed tkun daqshekk kritika minħabba li riedet issir Ministru u dwar l-ekonomija. Intant l-ILLUM talab lil Farrugia biex tissostanzja akkużi gravi li għamlet il-ġimgħa l-oħra fil-konfront ta' 'Kastilja'.