Il-UĦM se 'tattendi bi ħġarha' għall-protesta organizzata mill-PN

il-UĦM tallega tbagħbis mad-demokrazija u manuvrar

Il-UHM se tattendi l-protesta organizzata mill-PN għada
Il-UHM se tattendi l-protesta organizzata mill-PN għada

Il-Union Ħaddiema Magħqudin ħabbret li se tkun qed tattendi "bi ħġarha" għall-protesta li se ssir għada u li hija organizzata mill-Partit Nazzjonalista. 

Il-Kap Eċekuttiv tal-UĦM Josef Vella qal li l-korruzzjoni għanda ħafna wċuħ, "mhux biss f’dak finanzjarju u għalhekk anke jekk inbagħbsu mad-demokrazija u l-proċessi tal-eżekuttiv tal-pajjiż jew tbabis ma’ riżultat uffiċjali kif ukoll manuvrar ta’ dan it-tip, dik ukoll hija forma ta’ korruzzjoni. “Prova ta dan”, żied il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM, “huwa l-inċidenti fejn il-Gvern irrifjuta opportunita` mill-UĦM sabiex jagħmel ġustizzja tal-Ħlas Ugwalli għal xogħol tal-istess valur u qalagħha l-barra mil-ftehim.” F’inċident ieħor, il-UĦM kellha tirrikorri għal mandat ta’ inibizzjoni sabiex twaqqaf milli jiġu imħassra riżultati leġittimi. L-istqarrija ta' Vella ttemm tgħid li "għal dan il-għan u minħabba il-każijiet ta’ korruzzjoni li qed joħorġu kull ġimgħa, il-UĦM hi deċiża li għada tipparteċipa flimkien maċ-ċittadini ta’ fehmiet diversi li flimkien għandna nwasslu l-messaġġ b’saħħtu kontra l-korruzjoni."

 

 

More in Politika