Filwaqt li reġgħet fakkret fil-każ tal-Panama u l-mod kif il-poplu jinsab iddiżgustat l-Alternattiva Demokratika fetħet attakk fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u ddeskriviet l-istqarrija tiegħu tal-bieraħ, bħala "arroganti" u "insolenti". Ilbieraħ Busuttil qal illi kull min ma jattendix għall-protesta msejħa mill-PN ikun qed jagħti, b'xi mod, l-approvazzjoni tiegħu għall-korruzzjoni.
L-Alternattiva Demokratika fakkret kif "rigward d-diskors arroganti ta’ Busuttil li jaħseb li għandu xi dritt jiddeċiedi għal ħaddieħor jattendix għal attivitajiet tal-PN jew le, Busuttil għandu biss d-dritt li jiddeciedi għalih u għall-partit tiegħu. M'għandu l-ebda dritt b'mod insolenti jiddeċiedi għal ħaddieħor u għal partiti u organizazzjonijiet oħrajn.”