Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, insista li dawk li mhux se jkunu qed jattendu għall-protesta nazzjonali, li qed isejħulha kontra l-korruzzjoni, ikunu qed jagħtu l-approvazzjoni tagħhom "għall-korruzzjoni li hemm fil-Gvern." Kompla jinsisti li min ma jmurx, ikun qed jibgħat messaġġ lill-Prim Ministru li jista' jkompli jagħmel dak li jrid u li jogħġbu.
"Wasal iż-żmien li l-poplu juri r-rabja u d-disgust għal dak li qed jiġri," kompla jsostni Busuttil f'intervista fuq l-istazzjon tal-Partit.
F'dik li qed tidher bħala ġira elettorali, minkejja li għad fadlilha madwar sentejn, minħabba l-kartelluni u l-billboards, il-Kap Nazzjonalista qal li xi ħadd irid jgħid lil Muscat li dak li qed jagħmel huwa 'inaċċettabbli, u dan hu dak li se jagħmel il-pubbliku nhar il-Ħadd." Busuttil ċaħad li dan mhux se jkun mass meeting tal-PN, kif qal il-Partit Laburista imma 'protesta nazzjonali'.