Anke jekk ħafna Maltin igergru dwar traffiku dejjem jiżdied l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika juru li l-karozzi komplew jiżdiedu fl-aħħar parti tas-sena li għadha kif għaddiet. Fil-fatt bejn Ottubru u Diċembru tal-2015 in-numru ta' karozzi żdied b'0.4% biex kellna total ta' ftit inqas minn 345,000 vettura.
Minn dawn 79.4% kienu karozzi tal-pasiġġieri, 13.7% vetturi kummerċjali u 5.8% muturi.