Illum f'Reporter, l-ewwel intervista ma’ Marlene Farrugia sa mir-riżenja tagħha fejn fost l-oħrajn titkellem dwar il-ferita tat-trasparenza li qed “isofri minnha” l-Gvern Laburista, il-partiġġjaniżmu, l-istanding orders, ir-riforma tal-kostituzzjoni, l-NGOs, Godfrey u ħafna aktar.
Immedjatament wara Saviour Balzan jintervista lil Rob Luke, il-Kummissarju Għoli Ingliż fejn jitkellem dwar l-importanza li għandu ċ-CHOGM għal Malta u l-istennija tar-Reġina Eliżabetta f’pajjiżna. Reporter jindaga wkoll fuq l-attakki terroristiċi li qed isiru fl-Ewropa fl-aħħar snin.
Reporter illejla fl-10.05pm fuq TVM b’ripetizzjoni għada, it-Tlieta fis-1.30pm fuq TVM2. Segwu l-aħħar aġġornamenti fuq Facebook u Twitter.