L-eks kap tas-Segretarjat ta' Austin Gatt jixhed fil-PAC

Manuel Delia dalgħodu jinsab jagħti x-xiedha tiegħu dwar l-iskandlu taż-żejt

Ritratt: Ray Attard
Ritratt: Ray Attard

Manuel Delia, l-eks kap tas-segretarjat fil-ministeru ta' Austin Gatt dalgħodu jinsab jagħti xhieda tiegħu quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC) tal-Parlament fl-investigazzjoni tal-Awditur Ġenerali, dwar il-prokurament taż-żejt fl-Enemalta.

Delia, li huwa wieħed mir-responsabbli għall-introduzzjoni tas-sistema tat-trasport pubbliku problematika tal-Arriva, ċaħad li qatt kellu x'jaqsam ma' George Farrugia. Delia, fix-xhieda tiegħu qal li hu qatt ma kellu xejn x'jaqsam ma' deċiżjonijiet li ttieħdu relatati max-xiri ta' żejt għall-Enemalta. Huwa ċaħad ukoll li qatt iltaqa' ma' Farrugia jew li "kien jafu fil-kuntest ta' xogħlu."

Fl-istess xhieda, Manuel Delia ċaħad li b'xi mod kellu xi kuntatt ma' uffiċjali tal-Enemalta dwar xiri ta' żejt.

Meta mistoqsi dwar x'kienet ir-reazzjoni tiegħu meta sar jaf bl-istorja tal-iskandlu taż–żejt fil-gazzetta MaltaToday, Delia qal, "Ma kinitx xi ħaġa ta' pjaċir, u ma kont naf b'xejn dwar dak li tħabbar. Għalkemm kont kap ta' segretarjat kont spettatur taq' dak li kien qed jiġri."

Delia, fix-xhieda tiegħu kompla jgħid li huwa kien jitlob lil uffiċjali li jirrappurtaw lilu jekk kellhomx xi kunflitt ta' interess fil-kwistjonijiet rispettivi.

More in Politika