Għal xi ħin ittella bi żvista l-working document tal-budget u mhux id-dokument finali

Għalhekk, miżuri bħal dik tal-classic cars li qed tiġi rraportata minn xi ġurnali, hi miżura li ma ġietx aċċetta mill-Gvern u fil-fatt ma ġietx inkluża fid-diskors tal-budget.

 

 

Il-Ministeru għall-Finanzi jixtieq jikkjarifika li l-miżuri tal-budget huma dawk imħabbra fid-diskors tal-bieraħ.

 

Il-Ministeru nġibditlu l-attenzjoni li bi żvista għal xi ħin fil-website tiegħu, ittella’ working document minflok dokument finali, u li kien jinkludi proposti li mhumiex parti mid-diskors finali tal-budget. Dan id-dokument, li tiegħu ġew stampati wkoll numru zgħir ta' kopji provisjonali, ġie rtirat ftit tal-ħin wara.

Għalhekk, miżuri bħal dik tal-classic cars li qed tiġi rraportata minn xi ġurnali, hi miżura li ma ġietx aċċetta mill-Gvern u fil-fatt ma ġietx inkluża fid-diskors tal-budget.

 

Id-dokument jinkludi wkoll ċertu miżuri soċjali, li għad fadal xogħol tekniku x' isir fuqhom, u li dan ma ġiex konkluż fil-ħin biex jiġu inklużi fid-diskors tal-budget.

 

Hemm ukoll deċiżjonijiet amministrattivi, bħall-għoti tal-ex Cafe Premier lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, li mhumiex miżuri ta' budget u li l-Gvern se jkun qed jikkonferma fil-jiem li ġejjin.

 

Il-Ministeru jixtieq jieħu l-okkażjoni biex jirringrazzja lill-ħaddiema tiegħu u tad-dipartimenti relatati għax-xogħol li wettqu minkejja l-pressjoni kbira ta' ħin li kellhom fuqhom.

More in Politika