Il-Bank Banif twaqqaf il-kont bankarju tal-Għaqda Patrijotti Maltin

L-Għaqda takkuża lill-Bank li qed jagħmel "bsaten fir-roti"

Ir-riklam li tellgħet l-Għaqda dwar it-terminazzjoni tal-kont bankarju mill-Banif Bank
Ir-riklam li tellgħet l-Għaqda dwar it-terminazzjoni tal-kont bankarju mill-Banif Bank

Riklam li ttella fuq is-sit ta' Facebook mill-Għaqda Patrijotti Maltin tgħid kif il-Bank Banif ttermina l-kont bankarju tal-istess għaqda. Skont l-Għaqda Patrijotti Maltin, grupp illi huwa voċiferu ħafna fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni u li sal-ġimgħa l-oħra stess organizza protesta biex, skont huma, jitħarsu d-drittijiet tal-Maltin, il-bank ittermina l-kont bankarju tagħhom minħabba li ma riedx ikollu x'jaqsam ma' organizzazzjonijiet bħall-Għaqda. 

Naturalment l-Għaqda Patrijotti ma ħaditx dan il-pass b'mod tajjeb u qalet li dawn huma "bsaten fir-roti" Tgħid ukoll lil dawk li jappoġġjawha biuex ma jibqgħux jitfgħu flus fil-kont bankarju. 

More in Politika