Żieda fl-impjiegi ... il-PL jesprimi sodisfazzjon

żieda ta' 1.8% fl-impjiegi u fil-pagi...il-PL jgħid li dawn iċ-ċifri jikkontradixxu lil Simon Bususttil

Ċifri maħruġin dalgħodu juru kif kien hemm żieda ta’ 1.8% fl-impjiegi fit-tieni kwart tas-sena meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. Il-Partit Laburista, fi stqarrija fakkar kif, dan imur id f’id ukoll mar-rata tal-qgħad li hija l-inqas waħda fl-istorja u t-tieni l-inqas fl-Unjoni Ewropea kollha li tfisser li minkejja li żdiedet id-domanda għax-xogħol, xorta qed ikun maħluq iktar xogħol.

Mill-istess rapport tal-NSO ħareġ kif kien hemm żieda wkoll ta’ €328 fil-paga medja, li dkont il-PL xxejjen għal kollox il-kritika infondata tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa tal-pagi u l-flus f’idejn il-familji Maltin u Għawdxin, kritika li diġa’ kienet imwarrba meta ħareġ li kien hemm żieda record fin-numru ta’ depożiti.

Il-Partit Laburista jsostni illi "Lilhinn miċ-ċifri u n-numri, minkejja li dawn huma pożittivi ħafna, dan il-Gvern mhux se jintilef fihom, u se jkompli jaħdem sabiex min mhux qed iħoss bizzejjed it-tkabbir ekonomiku jibda jesperjenza aktar dan. 

 

 

More in Politika