Alexis Tsipras, il-mexxej tal-Partit Xellugi Syria kellu it-tielet rebħa f'sena. Tsipras rebaħ l-elezzjoni ġenerali f'Jannar, rebaħ referendum li fih hu kkampanja kontra l-miżuri imposti fuq il-Greċja mit-Troika u issa reġa rebaħ l-elezzjoni ġenerali.
Għalkemm mhux b'maġġoranza tal-voti Tsipras u l-partit tiegħu kiseb 35% tal-voti u se jkun qed jiforma koalizzjoni mal-Partit new Democray li kiseb 28% tal-voti. Fl-ewwel indirizz tiegħu bħala Prim Ministru mill-ġdid huwa qal li l-mandat mogħti lill-partit tiegħu huwa ċar.
Minkejja ċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji tas-Syriza il-Greċja issa trid twettaq lista ta' miżuri ta' awsterita' li jistgħu faċilment jitfgħu lil Tsipras f'ħafna inkwiet mal-votanti tiegħu stess.