Il-General Workers Union irreġsitrat tilwima industrijali mal-Malta Public Transport. Fi stqarrija qalet illi qed tirreġistra t-tali tilwima wara li l-MPT ma' żammitx mal-ftehim milħuq bejn iż-żewġ naħat dwar ħinijiet ġodda tax-xogħol u rottot.
"F’ċerti każi hemm ħinijiet li meta x-xufiera jaslu fid-destinazzjoni tar-rotta tagħhom, bejn il-ħin li jieħdu l-passiġġieri biex jinżlu minn fuq tal-linja u l-ħin li jittieħed biex il-passiġġieri jirkbu għal destinazzjoni ta’ rotta ġdida, bil-kemm jgħaddu seba’ minuti. Dan mhuwiex ħin twil biżżejjed li wieħed jista’ jqisu bħala brejk" sostniet il-GWU.